Our problems are man-made, therefore they may be solved by man. No problem of human destiny is beyond human beings

John F. Kennedy (1917-1963)
                LATEST NEWS
                PRESS RELEASES
                MEDIA REPORTS
                EU-RELATED NEWS
All correspondence to the Euro-Med Movement (Malta) should be addressed to:
PO Box 580, Valletta
MALTA

Tel:+356-79424555
Fax:+356-21244204
info@euromedmalta.com


 

NEWS & RESOURCES:
- Media Reports
.

   03.07.2005


MADRID: Eluf Jipprotestaw kontra l-Faqar u l-Guh Dinji
(Thousands Protest against World Poverty and Hunger)

Ritratti u Rappurtagg:
Andre Borg

Huma ghexieren ta’ eluf ta’ zghazagh, ghaqdiet non-governattivi u rapprezentanti mis-socjeta’ civili, li honqu t-toroq principali tal-kapitali Spanjola Madrid, ghal manifestazzjoni kbira kontra l-faqar u l-guh dinji, nhar il-Hadd li ghadda 26 ta’ Gunju 2005.

Il-marc simboliku li ra l-bidu tieghu fi Plaza Cibeles ghal ghonq it-triq sa Plaza de Sol, ittanta jattira l-attenzjoni tal-media internazzjonali sabiex titfa pressjoni fuq l-agenda tal-laqgha tal-G8 ippjanata ghas-6 ta’ Lulju fi Gleneagles l-Iskozja. Partikolarment f’din il-laqgha ta’ l-aktar pajjizi zviluppati fid-dinja, hemm proprju l-kwistjoni tal-faqar fil-kontinent Afrikan.

Ghall-organizzaturi ta’ din il-manifestazzjoni, l-appell mhuwiex ristrett ghall-pajjizi tal-G8, izda wkoll ghal 189 stati ohra firmatarji ghall-Millennium Development Goals tal-Gnus Maghquda mhejjija f’Dakar hames snin ilu. L-ghanijiet ghandhom jibdew jigu attwati sal-2015 fejn l-istess pajjizi, inkluz Malta, jaghrfu l-htiega ta’ azzjoni immedjata sabiex fl-ewwel fazi tal-kampanja jonqsu bin-nofs, dawk affettwati b’nuqqas ta’ ikel u nutrizzjoni adekwata.

Tabelli u messaggi mill-protestanti li mxew tul it-toroq ta’ Madrid b’mod pacifiku, ghad-daqq ta’ tnabar u bnadar simbolici ghall-paci, sostnew il-htiega li l-agenda internazzjonali tiffoka fuq il-kwistjoni tal-faqar, ghaliex fin-nuqqas ta’ azzjoni, sal-2015 jkunu madwar 247 miljun ruh fir-regjun tal-Afrika Centrali, li jkollhom jghaddu b’inqas minn 30 centezmu kuljum, u dan filwaqt li madwar 100 miljun tifel u tifla ma jkollhomx access ghal edukazzjoni xierqa.

Intant, protesti simili fuq skala izghar huma mistennija f’dawn il-jiem f’madwar 120 pajjiz iehor madwar id-dinja, filwaqt li ghall-manifestazzjoni f’Madrid, Malta kienet rapprezentata permezz tal-Moviment Ewro-Mediterranju.

PICTURE GALLERY
   CAMPAIGN

 
 
2005 © Copyright Euro-Med Movement | Maintenance & Uploads by AB | Read Disclaimer.